Мир песен

Ira Losco — Imhabba Projbita

Għalxejn jgħiduli biex ninsik
Għax moħħi dejjem jewdhen bik
B’dik it-tbissima ta’ xuftejk
Tant tiġbidni lejk
U nibqa’ noħlom b’dan il-ħin
Biex qalbi b’niket qatt ma tkun
Għalxejn nittama f’dak il-jum
Illi tiegħi tkun
Ref:
U qalbi tkun mifnija
Quddiem l-ipokrezija
Li qed taħbi
Dil-verità
Qatt mhu se nkun kapaċi
Li f’qalbi nsib il-paċi
U nemmen, u naċċetta
Naċċetta li din realtà
Ikollna ngħixu mifrudin
Qatt mhu se nkunu ta’ xulxin
‘Mma din l-imħabba tibqa’ hemm
Qatt, mhi ser tintemm
Ref:
U qalbi tkun mifnija
Quddiem l-ipokrezija
Li qed taħbi
Dil-verità
Qatt mhu se nkun kapaċi
Li f’qalbi nsib il-paci
U nemmen, u naċċetta
Naċċetta li din realtà
U qalbi tkun mifnija
Quddiem l-ipokrezija
Li qed taħbi
Dil-verità
Qatt mhu se nkun kapaċi
Li f’qalbi nsib il-paċi
U nemmen, u naċċetta
Naċċetta li din realtà

Комментарии

Прокомментировать